MAPSSS turi t-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni li qed tiżvolġi fis-settur edukattiv fl-aħħar sigħat fejn ġie imħabbar strajk mill-għalliema għal nhar it-Tnejn li ġej. L-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tal-iStudenti fi Skejjel tal-Gvern tappella lill-Minsteru tal-Edukazzjoni u lill-MUT sabiex jagħmlu ħilithom biex jintlaħaq ftehim. Filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-għalliem, bħal ta’ kull ħaddiem ieħor, li jistrajka, MAPSSS temmen li azzjoni simili għandha tiġi użata bħala l-aħħar mezz sabiex ma jbatux intortament l-istudenti.